top of page
festivalsmalta

ARA: Opportunita` Unika għall-SKALD

Skald jagħmlu ħoss barra minn xtutna!

Skald, kwintett lokali b’passjoni għall-mużika Maltija, magħmul minn, Bertu Aquilina, Gabriel Gauci, Simon Bezzina, Jesmar Bezzina u Aaron Debattista, riċentament kellhom esperjenza f’Coimbra, ġewwa l-Portugal. Bħala grupp, Skald joħolqu mużika distintiva b’messaġġi li jġiegħlu lin-nies jaħsbu u jirriflettu, speċjalment bl-użu ta’ ħsejjes akustiċi, b'temi minn esperjenzi personali. “Il-fatt li fil-mużika tagħna nużaw biss il-lingwa Maltija jaf tkun sfida biex inwassluha barra minn xtutna; imma [...]naħsbu lis-saħħa tal-mużika tegħleb l-ostaklu tal-lingwa u tista’ twassal il-messaġġ xorta”, stqarr Bertu Aquilina.


Aktar kmieni dan ix-xahar, Skald ġew mistiedna ġewwa l-Portugal mill-ambaxxata Maltija f’Lisbona, f’isem Festivals Malta sabiex jagħtu kunċert, bi preparamenti tal-belt ta’ Coimbra għat-titlu ta’ Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura 2027, titlu mogħti mill-Kummissjoni Ewropea bil-għan li jiċċelebra r-rikkezza u d-diversita’ kulturali tal-Belt.



Madanakollu, sfortunatament, propjament siegħa qabel il-wasla ta’ Skald ġewwa l-Portugal, tħabret il-mewt tal-President Emeritus tal-Portugal, Dr. Jorge Sampaio, li miet fl-eta ta’ 81 sena. Għaldaqstant, il-Portugal ħabbar luttu nazzjonali u konsegwentament, attivitajiet kulturali, inluż l-kunċert ta’ Skald, ġew imħassra. Minkejja dan, l-esperjenza ta’ Skald xorta waħda ma ntemmitx hawn u t-tim ta’ Festivals Malta, immexxi minn Daryl Ebejer u Lara Darmanin, flimkien mal-aġenzija artistika Portugiża SET, irranġaw sabiex issir recording session professjonali. Din ir-recording session ser tiġi trasmessa fuq pjattaforma artistika online kif ukoll ser tintwera fuq stazzjon televiżiv Portugiż, u b’hekk, Skald ser issir l-ewwel band Maltija kif ukoll internazzjonli li ser tagħati spettaklu fuq din il-pjattaforma.


Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala, qalet, “Jien kburija li Skald irnexxielhom jaslu s'hawn. Huma ser ikunu l-ewwel band internazzjonali li għamlu prestazzjoni fuq din il-pjattaforma Portugiża – eżempju ċar tal-kapaċita’ artistika tal-industrija lokali”.



Comments


bottom of page