Il-Ħames Edizzjoni ta’ Mużika Mużika ser issir bejn is-27 u d-29 ta’ Marzu 2025.
Festivals Malta ħabbret is-16-il kanzunetta li ser ikunu qed jipparteċipaw fil-ħames edizzjoni ta’ Mużika Mużika f’Marzu li ġej. Din is-sena ġie mħabbar li b’differenza minn edizzjonijiet preċedenti, ser ikun hemm biss 16-il kanzunetta li ser jikkompetu f’Marzu, bil-kanzunetti kollha jgħaddu direttament għall-finali mingħajr eliminazzjoni fis-serata tal-Ġimgħa filgħaxija.
Mis-sottomissjonijiet miġbura, 30 kanzunetta ġew magħżula minn ġurija esperta u ġew interpretati live akkumpanjati minn backing track quddiem ġurija separata. Wara deliberazzjoni mill-ġurija, dawn il-kanzunetti ġew ridotti għas-16 finali fil-preżenza tan-Nutar tal-Gvern.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Frans Agius sostna li, “Bħal kull sena, kellna rispons pożittiv b’numru sostanzjali ta’ sottomissjonijiet ta’ livell għoli. Ħerqan biex nara l-kanzunetti jieħdu l-ħajja fuq il-palk meraviljuż tagħna f’Marzu li ġej, fejn se niċċelebraw il-5 edizzjoni ta’ dan il-festival tant importanti għal-lingwa tagħna. Ċert li bħal kull sena, se jkollna Mużika Mużika ta’ suċċess. Nawgura lis-16-il finalist filwaqt li nirringrazzja lil kull min applika.”
Il-Bord ta’ Mużika Mużika flimkien mat-tim ta’ Festivals Malta ser jidħol fil-fażi li jmiss tal-produzzjoni fejn jibda x-xogħol fuq l-arranġamenti mużikali filwaqt li jiżdiedu l-preparamenti loġistiċi għall-festival li ser isir bejn is-27 u d-29 a’ Marzu 2025.
Il-kanzunetti finalisti huma dawn (f'ordni alfabetika skont l-isem tal-kanzunetta):
Kanzunetta | Artist | Kompożitur | Awtur |
Aħjar | Lisa Gauci | Philip Vella | Emil Calleja Bayliss |
Festa | Hannah Theuma | Philippa Naudi u Bettina Muchmore | Philippa Naudi u Bettina Muchmore |
Fuq! | MARA | Philip Vella | Joe Julian Farrugia |
Ġenna Fl-Art | Cliff Zammit Stevens | Philip Vella | Joe Julian Farrugia |
Għadna Ngħoddu | Daniel Cauchi | Daniel Cauchi | Michael Spagnol |
Għatxan | Marilyn Aquilina | Marilyn Aquilina | Marilyn Aquilina |
Ħsibijiet | Kapitlu Tlettax u Ema | Joseph Mario Calleja, Liston Bongailas, Edward Magri, u Cyprian Cassar | Joseph Mario Calleja, Liston Bongailas, u Emil Calleja Bayliss |
Int Kollox Għalija | Kersten Graham | Kersten Graham | Kersten Graham |
L-Imħabba Verità | Jasmine Abela | Glen Vella | Philip Vella |
Mill-Qalb | Gaia | Cyprian Cassar u Gaia Cauchi | Emil Calleja Bayliss |
Perfett | Pamela Bezzina | Pamela Bezzina | Pamela Bezzina |
Stajna Konna Aħna | Jamie Cardona | Jamie Cardona, Aleandro Spiteri Monsigneur, u Shaun Farrugia | Jamie Cardona u Aleandro Spiteri Monsigneur |
Stennieni Ġej | Janvil ft. Garison | Edward Abela | Ian Vella |
Supereroj | Claudia Faniello | Glen Vella | Philip Vella u Claudia Faniello |
Tagħna t-Tnejn | Ryan Hili | Cyprian Cassar | Ryan Hili u Sarah Bonnici |
Tiegħek Jien | Brooke | Cyprian Cassar u Brooke Borg | Emil Calleja Bayliss |
Għal aktar informazzjoni żur www.muzikamuzika.mt
Komentáře