top of page
festivalsmalta

Festivals Malta jħabbar l-20 kanzunetta semifinalista għal Mużika Mużika 2023.

It-tielet edizzjoni ta’ Mużika Mużika ser issir bejn it-23 u l-25 ta’ Marzu.

Ritratti ta' Darren Agius


Festivals Malta ħabbar li lbieraħ il-Ħadd 6 ta’ Novembru, intgħażlu l-20 kanzunetta semifinalista għal Mużika Mużika 2023 permezz ta’ live auditions.


It-tielet edizzjoni ta’ Mużika Mużika intlaqgħat b’rispons pożittiv mill-kantanti, awturi, u kompożituri, hekk kif Festivals Malta rċieva 149 applikazzjoni għall-festival. Fl-ewwel fażi eliminatorja, is-sottomissjonijiet ġew evalwati minn sitt membri tal-ġurija, fil-preżenza tan-nutar tal-gvern, u minnhom intgħażlu 40 kanzunetta. Ilbieraħil-kantanti ppreżentaw il-kanzunetti tagħhom live akkumpanjati b’backing track quddiem sitt membri tal-ġurija oħra, li minnhom intgħażlu l-20 kanzunetta semifinalista fil-preżenza tan-nutar.


“Iktar ma jmur iżjed qed jogħla l-livell tal-kanzunetti sottomessi u l-għażla iktar qed issir diffiċli. Kif jidher biċ-ċar fir-riżultat, din is-sena ser naraw diversi wċuħ ġodda u oħrajn li ma għandhom bżonn l-ebda introduzzjoni. Ninsab ċert li it-tielet edizzjoni ta’ Mużika Mużika ser toffri spettaklu kbir kif illum-il ġurnata sar mistenni minna,” qal iċ-Chairman ta’ Mużika Mużika, Raymond Bugeja.

Ritratti ta' Darren Agius u Kurt Mizzi


Issa, it-tim ta’ Festivals Malta ser jidħol fil-fażi li jmiss tal-produzzjoni, fejn jibda x-xogħol fuq l-arranġamenti mużikali, u jintensifikaw il-preparamenti loġistiċi għall-festival li ser isir bejn it-23 u l-25 ta’ Marzu 2023.


Il-kanzunetti semifinalisti huma dawn (f'ordni alfabetika skont l-isem tal-kanzunetta):

Isem tal-Kanzunetta

Artist

Kompożitur

Awtur

Flimkien

CODA

Paul Giordimaina

Fleur Balzan

Fuq Pultruna

Mark Micallef Costa

Mark Micallef Costa

​Mark Micallef Costa

Ġawhra

Michela Galea

Gilbert "il-Bibi" Camilleri

​Emil Calleja Bayliss

Ħaddanni

Justine Shorfid

​Mark Spiteri Lucas

​Emil Calleja Bayliss

Ħares 'l Fuq

​Jason Scerri

Jason Scerri

Jason Scerri

Hekk Kif Int*

Josef Tabone u Jade Vella

​Cyprian Cassar

Cliff Casha

Ir-Rota Tibqa Ddur

MARA

Philip Vella

Emil Calleja Bayliss

Jekk Mhux Int

Aidan Drakard u Lisa Gauci

Cyprian Cassar

Emil Calleja Bayliss

​L-Aħħar Darba

Martina Borg

Pamela Bezzina

Pamela Bezzina

​M'Hawnx Bħalek

Jasmine Abela

Glen Vella

Philip Vella

Mid-Dinja m'Għandna Xejn

KWINTI

Micimago/ Pamela Bezzina

Joe Julian Farrugia

Miegħek Tiegħek

Petra Zammit

Elton Zarb/ Pamela Bezzina

Pamela Bezzina

Min Aħna?

Raquel Galdes Briffa

Aidan Cassar

Aidan Cassar

Nistenniek

Kelsey Bellante

Cyprian Cassar

Emil Calleja Bayliss

Rumanz*

Jade Vella

Andrew Zammit

Keith Zammit

​Sabiħa

Gianluca Bezzina

Philip Vella

Joe Julian Farrugia

Skont Liema Triq

​Miriam Christine Borg

Ray Agius

Alfred C. Sant

Verdett

Enya Magri ft. Adrian "ir-Russu" Brincat

​Cyprian Cassar

Emil Calleja Bayliss

​Wiċċ b'Ieħor

Kapitlu Tlettax u Julie Pomorski

Cyprian Cassar/ Joseph Mario Calleja/ Edward Magri/ Julie Pomorski

Emil Calleja Bayliss/ Joseph Mario Calleja

Xorta Int

Avenue Sky

Pamela Bezzina

​Joe Julian Farrugia

*Skont il-klawżola numru 2.2 tar-Regolamenti ta’ Mużika Mużika 2023, l-ebda artist ma jista’ jipparteċipa b’aktar minn kanzunetta waħda fil-fażi finali tal-festival. Għal dan il-għan, il-kantanta Jade Vella se tkun mitluba tagħżel liema kanzunetta tixtieq tinterpreta fil-fażi finali. Il-kanzunetta li ma tintgħażilx mill-kantanta, ser tiġi assenjata lil artist ieħor fid-diskrezzjoni tal-kompożitur.

 

Festivals Malta announces the 20 semifinalists for Mużika Mużika 2023.

The third edition of Mużika Mużika will take place between March 23 and 25.

Festivals Malta announced that yesterday, Sunday 6 November, the 20 semifinalist songs for Mużika Mużika 2023 were selected through live auditions.


The third edition of Mużika Mużika was met with a positive response from singers, authors, and composers, as Festivals Malta received 149 applications for the festival. In the first eliminatory phase, the submissions were evaluated by six members of the jury, in the presence of a government notary, and 40 songs were shortlisted. Yesterday the singers presented their songs live accompanied by a backing track in front of six other members of the jury, from which the 20 semifinalist songs were selected in the presence of the notary.


"More and more the level of songs submitted is rising and the selection is becoming more difficult. As can be clearly seen in the result, this year we will see several new faces and others that need no introduction. I am sure that the third edition of Mużika Mużika will offer a great spectacle as it has become expected of us these days," said the Chairman of Mużika Mużika, Raymond Bugeja.


Now, the Festivals Malta team will enter the next phase of production, where work will begin on the musical arrangements, and the logistical preparations for the festival that will take place between the 23rd and 25th of March 2023 will intensify.


*According to clause 2.2 of the-Mużika Mużika 2023 Regulations, no artist can participate with more than one song in the final phase of the festival. In accordance with this clause, the singer Jade Vella will be asked to choose which song she would like to perform in the final phase. The song that is not chosen by the singer, will be assigned to another artist at the composer’s discretion.

Comments


bottom of page