top of page
festivalsmalta

Il-Karnival ta’ Malta 2021 – Att ta’ reżiljenza!



Festivals Malta jippreżerva t-tradizzjoni b’format differenti li jiżgura li l-Karnival jiġi mfakkar permezz ta’ pjattaforma sikura f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida.


L-edizzjoni tal-Karnival ta’ Malta ta’ din is-sena, li ser issir bejn it-12 u s-16 ta’ Frar, ser tkun qed tieħu żvolta differenti minn dak li tradizzjonalment jiġi ppreżentat billi tiżgura li dan il-wirt kulturali jieħu r-rikonoxximent dovut waqt li jiġu rrispettati r-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija.


Għal dawn l-aħħar xhur, Festivals Malta flimkien mal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali ħadmu b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet konċernati u d-delettanti tal-karnival biex jintlaħaq bilanċ ġust li joffri pjattaforma adegwata għal dan l-element tradizzjonali fil-kultura tagħna.


Il-Ministru José Herrera
Il-Ministru José Herrera

Waqt konferenza stampa fejn tħabbru l-inizzjattivi tal-karnival għall-2021, il-Ministru José Herrera iffoka fuq l-importanza tar-reżiljenza li wera s-settur artistiku u kulturali lokali waqt dan iż-żmien ta’ sfida, “L-artisti tagħna, inkluż il-mijiet ta’ delettanti li ta’ kull sena jaħdmu bla waqfien biex jipproduċu spettaklu tal-karnival mill-aqwa, mhux biss jixraqilhom is-sapport kollu tagħna billi noħorġu b’modi alternattivi ħalli nippreżervaw din it-tradizzjoni tul dawn iż-żminijiet, iżda wkoll l-perseveranza tagħna biex ngħelbu l-isfidi kurrenti għalesperjenza tal-karnival aħjar fis-snin li ġejjin”.


Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala, tenniet li qed isir minn kollox biex jiġi aċċertat li l-programm pjanat jimxi mal-linji gwida eżistenti filwaqt li d-delettanti tal-karnival ikollom post sikur fejn jistgħu jesprimu l-kreattivita’ tagħhom, “Festivals Malta minn dejjem emmnet fl-importanza tal-kultura Maltija, wisq aktar issa. Permezz ta’ din l-edizzjoni speċjali tal-karnival aħna qed nittamaw li noffru raġġ ta’ dawl, kif ukoll ftit ħin ta’ żvog, kemm lil parteċipanti kif ukoll lid-delettanti kollha tal-Karnival billi nfakkru dan iż-żmien sabiħ fid-djar u l-irħula tagħna.”


Din is-sena, l-attivitajiet tal-Karnival ġew ridimenzjonati biex ikunu jistgħu jimxu mal-linji gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa. Minflok karrijiet tradizzjonali ser naraw stallazzjonijiet artistiċi statiċi f’diversi f’lokalitajiet madwar Malta u pjazzez fil-Belt Valletta biex ikunu jistgħu

Id-Direttur Artistiku tal-Karnival, Jason Busuttil

jitgawdew mill-publiku waqt li għaddejin bil-ħajja ta’ kuljum. Festivals Malta ser ikun qed jorganizza wirja tal-kostumi tal-karnival b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv fejn delettanti ser ikunu jistgħu jaraw u japprezzaw dan ix-xogħol impekkabbliaktar mill-viċin. Apparti minn hekk, fuq il-midja soċjali ser tittella’ serje ta’ filmati qosra, b’kollaborazzjoni ma’ Teatru Malta, li juru kif jistgħu jinħolqu kostumi, maskri u props tal-karnival minn materjal riċiklabbli li jinsab madwar id-dar.

Fil-jiem tal-Karnival ser jixxandru dokumentarji fuq TVM2 bejn it-12 u s-16 ta’ Frar, relatati mal-artistrija tal-parteċipanti tal-karnival, l-istorja ta’ din it-tradizzjoni ewlenija fil-kultura Maltija, verżjoni drammatizzata tal-Qarċilla, u filmat mill-Karnival tat-Tfal tas-sena li għaddiet.

Id-Direttur Artistiku tal-Karnival, Jason Busuttil ikkummenta dwar il-futur tal-Karnival f’Malta u kif ser jiżviluppa wara din l-edizzjoni speċjali tal-2021. “L-għan tagħna għal din l-edizzjoni kienet li nippreservaw it-tradizzjoni u l-kultura Maltija. Aħna nafu d-dedikazzjoni tal-parteċipanti tagħna u qed nagħmlu mill-aħjar biex ix-xogħol tagħhom jiġi apprezzat bl-aktar mod sikur f’dawn iż-żminijiet. Jekk is-sitwazzjoni titjieb inħarsu ‘l quddiem b’entużjażmu għall-edizzjoni tal-Karnival fi Frar 2022”, ikkonkluda s-Sur Busuttil.


Il-Karnival ta’ Malta ser isir bejn it-12 u is-16 ta’ Frar 2021. Għal aktar informazzjoni u aġġornamenti dwar il-programm ta’ din is-sena, żur is-sit elettroniku www.festivals.mt/karnival u l-paġna tal-midja soċjali www.facebook.com/karnivaltamalta.





 

Carnival 2021 - A show of resilience!


Festivals Malta preserves the tradition with a different format to ensure that Carnival is perpetuated through a safe platform during such challenging times.


This year’s edition of The Maltese Carnival, which will be held between the 12th and the 16th of February, will be taking a different approach from how it is traditionally presented, ensuring that this annual traditional event is given its due recognition whilst effectively respecting the current pandemic-related obligations.


For the past couple of months Festivals Malta and the Ministry for the National Heritage, the Arts and Local Government have worked in close collaboration with the relevant authorities and carnival enthusiasts to strike the right balance in delivering an adequate showcase for this traditional element of our culture.


During a press conference announcing the 2021 carnival initiatives, Minister José Herrera focused on the importance of the resilience shown by the local artistic and cultural sector during these challenging times, “Our artists, including the hundreds of enthusiasts who every year work relentlessly to produce a spectacular show for carnival, deserve all our support in coming up with alternative ways of preserving this tradition in such times, and all our commitment of resolve to overcome current challenges for a better, stronger carnival experience in the years to come.”


Festivals Malta CEO, Annabelle Stivala, reiterated that the agency is doing its utmost to ensure that the planned programme abides by the existing health regulations whilst making sure that carnival enthusiasts are given a safe space to express their creativity,“Festivals Malta has always believed in the importance of Maltese culture, now more than ever. Through this special edition of Carnival, we aim to shed a ray of hope, as well as fulfilment, for participants and Carnival enthusiasts by commemorating this joyous time in our homes and communities.”


This year, Carnival activities were redrawn to make sure that all public health regulations are abided by. Static artistic installations will replace traditional floats, which will be available throughout various streets around Malta and squares in Valletta for people to enjoy during their daily routine. Festivals Malta, in collaboration with Spazju Kreattiv, will be organising a costume exhibition where Carnival enthusiasts can view and appreciate these elaborate costumes from closer proximity. Furthermore, there will be a miniseries, in collaboration with Teatru Malta, that illustrates how to make Carnival costumes, masks and props from recycled materials lying around the home.


The programme also includes various television broadcasts on TVM 2, which will be shown between the 12th and 16th February, featuring documentaries related to the artistry of the Carnival participants, the story of this Maltese cultural giant, a dramatised version of the Qarċilla, and last year’s Children’s Carnival.


Carnival’s Artistic Director, Jason Busuttil commented on the future of Maltese Carnival and how it will develop after this 2021 special edition. “Our aim for this edition has been to preserve Maltese tradition and culture. We know how dedicated our participants are, and we are doing everything we can so that their work is appreciated in the safest way possible. If the situation gets better, we can look forward with enthusiasm to next year’s edition in February 2022”, concluded Mr Busuttil.


The Maltese Carnival will be held between the 12th and 16th of February 2021. For more information and updates about this year’s programme, visit the website www.festivals.mt/karnival and the social media page www.facebook.com/karnivaltamalta.

Commentaires


bottom of page