top of page
festivalsmalta

Imnedija l-iskema ta’ għajnuna Rock'N Malta għas-sena 2024.


Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, L-Arti u l-Gvern Lokali Dr Owen Bonniċi nieda sejħa għall-applikazzjonijiet għal Rock’N Malta 2024. Din l-iskema li tagħmel parti mill-portafoll estensiv ta’ Festivals Malta, għandha l-għan li tgħin finanzjarjament lill-artisti u organizzaturi ta’ avvenimenti tal-mużika rock, u s-sottoġeneri kollha tagħha.

Ritratt - Vince Piscopo

Il-Ministru Bonnici qal: “Din l-inizjattiva, li ġiet imnedija lura fl-2017, irnexxielha tikseb popolarità ma’ diversi produtturi u organizzaturi lokali, li permezz ta’ dawn il-fondi, irnexxilhom jtellgħu kunċerti ta’ kalibru għoli li jesponu x-xogħol ta’ diversi artisti u gruppi lokali, kif ukoll artisti internazzjonali tal-ġeneru rock bħal Lordi, Barclay James Harvest, Dream Theatre, Krokus, Steve Hackett u ħafna aktar.”

Ritratt - Vince Piscopo

Min-naħa tiegħu ċ-Chairman ta’ Festivals Malta, Aaron Zahra saħaq: “Rock’N Malta jgħin lil Festivals Malta biex tilħaq ġeneru ta’ mużika differenti minn dawk li tilħaq fil-festivals prinċipali tagħha. Permezz ta’ din l-inizjattiva l-aġenzija tista’ tilħaq wieħed mill-għanijiet ewlenin tagħha; li tipprovdi opportunitajiet lill-artisti lokali biex jesponu x-xogħol tagħhom. Inħeġġu lill-organizzaturi u l-dawk li jippromwovu dawn l-avvenimenti sabiex jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom u jibbenifikaw minn dawn il-fondi.”


Ritratt - Vince Piscopo

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Frans Agius qal: “Permezz ta’ Rock’N Malta, Festivals Malta jista’ jkun ta’ sapport lill-artisti lokali, organizzaturi u dawk li jippromwovu avvenimenti tax-xena mużikali rock. Il-mużika rock hija pjuttost popolari lokalment, u dan huwa evidenti mill-avvenimenti ta’ Rock’N Malta li ġeneralment ikunu mibjugħin kollha jew li jkollom attendenza numeruża.”


B’kollox qed jiġu allokati total ta’ €300,000 f’fondi.


L-applikazzjonijiet għall-fondi ta’ Rock’N Malta 2024 jagħlqu nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru 2023 f’nofsinhar. Kull min hu nteressat japplika għandu jżur is-sit www.festivals.mt għal aktar informazzjoni.



 

Rock'N Malta 2024 funding scheme for projects for rock organisers and artists launched.


Minister for the National Heritage, the Arts and Local Government Owen Bonnici launched the call for applications for Rock’N Malta 2024. This scheme, which forms part of Festivals Malta’s extensive portfolio, aims to financially assist artists and producers of concerts and events of rock music, as well as any of its subgenres.


Minister Bonnici explained: “The initiative, which was launched back in 2017, has since gained popularity among local organisers and producers who, through the help of these funds, have managed to hold concerts showcasing work from local artists and bands, as well as international artists such as Lordi, Barclay James Harvest, Dream Theatre, Krokus, Steve Hackett and much more.”


Festivals Malta Chairman Aaron Zahra continued: “Rock’N Malta further enables Festivals Malta to reach another strand of music which we do not normally target through our main festivals. Through this initiative, we can also provide opportunities to local artists to showcase their work, which is one of the agency’s main aims. We encourage organisers, promoters, and artists to submit their applications and benefit from this fund.”


Festivals Malta CEO Francis Agius on his part commented: "Through Rock’N Malta, Festivals Malta can further support local artists, organisers and promoters, particularly within the rock music scene. Rock music is quite popular locally and this is evident throughout all of the events which form part of Rock’N Malta, which usually are sold-out or have a very good turnout”


A total of €300,000 in funds has been allocated for Rock’N Malta 2024.


The applications for Rock’N Malta 2024 funds close on Friday 15 September 2023 at noon. Anyone interested in applying should visit www.festivals.mt for more information.



Comments


bottom of page