top of page
festivalsmalta

Stqarrija minn Festivals Malta: Investiment ta’ €1.2 Miljun fil-Karnival ta’ Malta.

Festivals Malta b’investiment ta’ €1.2 miljun għal Karnival iktar sostenibbli.
Ritratt: Gareth Degiorgio

Festivals Malta ħabbar investiment ta’ 1.2 Miljun Ewro għall-Karnival ta’ Malta f’makkinarju modern li ser jgħolli l-kwalità u l-istandard tal-Karnival Malti.


Fl-edizzjoni tal-Karnival fi Frar li ġej, din l-aġenzija ser tibda tuża 20 vettura ġdida mgħammra b’teknoloġija moderna. Dawn ser jintużaw mill-parteċipanti tal-Karnival biex jittrasportaw il-karrijiet tagħhom mill-imħażen għall-Belt Valletta, kif ukoll biex ikunu jistgħu jduru mat-toroq tal-Belt Valletta waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival bl-aktar mod sigur possibbli. Dan l-investiment jinkludi wkoll 20 trailer ġdid li ser jibdew jintużaw mis-sena d-dieħla.

Ritratt: Gareth Degiorgio

Il-Ministru Owen Bonnici spjega kif permezz ta’ din l-inizjattiva, jistgħu jkomplu jilħqu l-mira ta’ dan il-Gvern għal festivals aktar sostenibbli li jnaqqsu l-impatt negattiv fuq l-ambjent. “Id-dilettanti tal-karnival jiddedikaw ħafna ħin biex itellgħu dan l-avveniment importanti, li għalihom mhux biss huwa delizzju, iżda huwa parti sinifikanti mill-ħajja tagħhom u b’hekk dawn l-20 trailer u 20 vettura żgur se jkunu ta’ għajnuna f’din il-ħidma li tagħmel differenza fil-ħajja ta’ ħafna nies li jgawdu dawn l-jiem tal-Karnival,” qal il-Ministru Bonnici.


Il-Ministru Bonnici rringrazzja lill-voluntiera tad-dedikazzjoni u l-ħin tagħhom fil-preparazzjonijiet għal dan l-avveniment, li fih jiġbor numru ta’ talenti u ħiliet differenti.

Ritratt: Gareth Degiorgio

Iċ-Chairman ta’ Festivals Malta, Aaron Zahra, saħaq li dan l-investiment huwa biss wieħed mill-passi li Festivals Malta ser ikun qed jieħu biex mhux biss jgħolli l-livell tal-Karnival f’Malta, iżda wkoll biex inaqqas l-impatt ambjentali b’mod konsiderevoli. Zahra kompla jgħid, “Dawn il-vetturi huma mgħammra b’diversi karatteristiċi tal-ogħla livell f’dik li hija sigurtà għaldaqstant huwa ferm aktar sigur biex wieħed jaħdem bihom. Allura apparti li jnaqqsu t-tniġġis, dan l-investiment ser jgħina nissalvagwardjaw is-saħħa u s-sigurtà tal-parteċipanti tal-Karnival. Fl-istess waqt il-pubbliku numeruż li jattendi għall-attivitajiet tagħna, partikolarment il-Karnival, ikun f’post sigur li jista’ jgawdi flimkien mal-familja, għax għalina is-saħħa u s-sigurtà huma prijorità f’kull avvenimenti li norganizzaw.”

Ritratt: Gareth Degiorgio

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala, qalet “Dawn il-vetturi ifissru bidla għall-Karnival ta’ Malta, fejn fi snin passati kellna nużaw makkinarju xejn addattat bħala mezz ta’ trasport għall-karrijiet. B’hekk issa ser niffaċilitaw il-ħajja u x-xogħol tal-parteċipanti tagħna, kif ukoll ser inħallu inqas impatt fuq l-ambjent ta’ madwarna. Bis-saħħa ta’ dawn il-vetturi u miżuri oħra, Festivals Malta ser ikun qed inaqqas il-carbon footprint tiegħu u jnaqqas l-emissjonijiet fl-arja b’madwar 50 tunnellata tul il-ħamest ijiem tal-karnival. Apparti minn hekk, ser inaqqsu wkoll it-tniġġis ikkaġunat mill-istorbju li kienu jagħmlu vetturi normali.”

Ritratt: Gareth Degiorgio

Apparti l-investiment f’dawn il-vetturi, Festivals Malta ser ikun qiegħed jalloka numru ta’ kontenituri imxerdin mat-toroq tal-Belt Valletta, li fihom ser jinġabar l-iskart organiku, kif ukoll il-plastic u l-laned, b’mod separat. B’hekk Festivals Malta ser ikun qiegħed iservi ta’ eżempju għal festivals aktar sostenibbli.


Il-Karnival ta’ Malta ser isir bejn is-17 u l-21 ta’ Frar. Għal aktar informazzjoni żur www.festivals.mt/karnival.


 

Press Release by Festivals Malta: A €1.2 Million Investment for Malta Carnival.

Festivals Malta invests €1.2 million for a more sustainable Carnival.

Festivals Malta has announced that il-Karnival ta’ Malta will benefit from an investment of 1.2 Million Euros in modern machinery that will raise the quality and standards of the Maltese Carnival.


In the upcoming edition of Carnival in February, the agency will use 20 new vehicles equipped with modern technology. These will be used by the Carnival participants to transport their trailers from their warehouses to Valletta, as well as during Carnival celebrations to navigate their floats around the streets of Valletta, in the safest possible way. This investment also includes 20 new trailers that will be used as of next year’s edition of the festival.


Minister Bonnici stated that through this initiative, the Government will continue to reach its goals for more sustainable festivals that reduce the negative impact on the environment. “Carnival enthusiasts dedicate a lot of their personal time for this important event, for whom it is not merely a tradition or a pastime but constitutes a significant part of their lives and therefore these 20 trailers and 20 tractors will certainly make a marked difference for the better,” stated Minister Bonnici.

Minister Bonnici thanked the many volunteers for their dedication and time in the preparations for this event, which brings together a number of different talents and skills.


Festivals Malta Chairman Aaron Zahra stressed that this investment is just one of the steps that Festivals Malta will be taking to not only raise the level of Carnival in Malta but also to considerably reduce the impact the festival has on the environment. Mr Zahra said: “These tractors are equipped with various features of the highest level in terms of safety and are therefore safer to work with. So apart from reducing pollution, this investment will help safeguard the health and safety of the Carnival participants. Furthermore, the numerous members of the public who attend our activities, Carnival in particular, can put their mind at ease that they are in a safe place that can be enjoyed together with their family, as for us, health and safety are a priority in all the events we organise.”


Festivals Malta CEO, Annabelle Stivala explained that “These tractors represent a change for the Maltese Carnival. Where in past years we had to use less adequate machinery as a means of transport for the Carnival floats, now we can facilitate our participants’ work while reducing the environmental impact. Thanks to these tractors Festivals Malta will be reducing its carbon footprint and harmful emissions by a considerable amount. Apart from those considerations, through the use of the new vehicles, noise pollution caused by normal tractors, which can interfere with the lively atmosphere of Carnival, will be diminished.”


Apart from the investment in these vehicles, Festivals Malta will be allocating a number of containers scattered along the streets of Valletta, in which organic waste, plastic, and tins will be collected and separated. In this way, Festivals Malta will be serve as a platform for change for more sustainable festivals.


Il-Karnival ta’ Malta will take place between the 17 and 21 of February. For more information visit www.festivals.mt/karnival.




Comments


bottom of page