Ara liem kanzunetti għaddew għall-festival ta’ Marzu li ġej
Il-bieraħ il-Ħadd 14 ta’ Novembru, il-35 kanzunetta magħżula għal Mużika Mużika 2022 għaddew mill-fażi eliminatorja permezz ta’ live auditions quddiem seba’ membri tal-ġurija ġodda.
Din is-sena, il-festival kellu 170 sottomissjoni, ammont ikbar minn dak tas-sena li għaddiet, kif kien mistenni wara s-suċċess li ġab miegħu l-festival f’Marzu li għadda. Kull sottomissjoni ġiet evalwata u għaddiet mill-ewwel fażi eliminatorja fejn intagħżlu 35 kanzunetta. Dawn ġew interpretati live flimkien ma’ backing track il-bierah ġewwa l-Valletta Campus Theatre, l-Belt Valletta, fejn minnhom intgħażlu l-20 kanzunetta semifinalista.
“Din is-sena, bħal dik ta’ qabel, kellna sottomissjonijiet ta’ livell għoli ħafna, prova ċara li tkompli ssaħħaħ il-fatt li Malta hawn talent abbundanti, bil-livell dejjem jiżdied u nemmen li kienet deċiżjoni diffiċli ħafna għall-ġurija tagħna. L-20 kanzunetta li ser taraw f’Marzu li ġej kollha għandhom element u ħoss partikolari li jġagħlek tapprezza d-diversita’ li kapaċi toffri l-mużika Maltija. L-udjenza tagħna għandha għal xiex tkun ħerqana għal din l-edizzjoni li jmiss,” qal ic-Chairman ta’ Mużika Mużika, Raymond Bugeja.
Issa li ġew imħabbra l-20 kanzunetta semifinalista, it-tim ta’ Festivals Malta ser ikun qed jaħdem fuq il-fażi li jmiss ta’ produzzjoni u loġistika. F’Diċembru, ser jitħabbar ir-rebbieħ tal-programm televiżiv Mużika Mużika – Il-Vjaġġ Ikompli, li ser jingħaqad mal-kanzunetti l-oħra waqt il-festival li ser isir bejn l-24 u s-26 ta’ Marzu 2022.
Il-kanzunetti semifinalisti huma (F'ordni alfabetika skond l-isem tal-kanzunetta):
Kanzunetta | Artist | Kompożitur | Awtur |
Aħjar Hekk Inkella Agħar | MARA | Philip Vella | Emil Calleja Bayliss |
Bla Tarf | Kurt Calleja | Kurt Calleja, Aleandro Spiteri Monsigneur u Peter Borg | Kurt Calleja |
Dak Kien Żmien | Mykill ft. Lyndsay u Kalakku | Micheal Cini | Matthew Attard |
Fittixni | Victoria Sciberras | Gilbert 'Bibi' Camilleri | Lon Kirkop |
Għal Dejjem | Norbert Bondin | Peter Borg | Norbert Bondin |
Ġmielek | Claudia Faniello | Philip Vella | Joe Julian Farrugia |
Ħlomt Li | Bernie & Pod u Fiona Cauchi | Bernard Bonnici u Matteo Depares | Ivan Farrugia |
Idek F'Idi | Kelly Marie Cassar Hili | Kelly Marie Cassar Hili | Janice Debattista |
Il-Mużika u Jien | Nicole Frendo | George Curmi | Hilda Curmi |
Jien l-Artist | Cherylis | Pamela Bezzina | Pamela Bezzina |
Kenn | Cheryl Camilleri | Joseph Axiak | Joseph Axiak |
Kewkba Feġġejja | Gaia Cauchi | Elton Zarb | Stephen Baldacchino |
Mewġ | Bloodline | Glen Vella u Elton Zarb | Edwin Balzan, Julia Balzan u Samira Cauchi |
Mil-Lenti Tiegħi | Joseph Refalo | Pamela Bezzina | Pamela Bezzina |
Minn Taħt l-Ilsien | Avenue Sky | Pamela Bezzina | Pamela Bezzina |
Ossiġnu | Danica Muscat u Kapitlu Tlettax | Cyprian Cassar u Joseph Mario Calleja | Joseph Mario Calleja u Emil Calleja Bayliss |
Purgatorju | Oxygyn | Zack Camilleri, Janelle Borg u Luke Camilleri | Kurt Abela |
Tgħidlix Għalfejn | Kyle George | Cyprian Cassar | Clifton Casha |
Tkun 'L Hawn Għaddi | Kantera | Elton Zarb | Joe Julian Farrugia |
Wennisni | Franklin Calleja | Cyprian Cassar | Emil Calleja Bayliss |
Comments