Il-Kumitati Festi Nazzjonali fi ħdan Festivals Malta qed iħabbar il-programm ta’ avvenimenti uffiċjali li jikkommemoraw Jum il-Vitorja bejn is-6 ta’ Settembru u t-8 ta’ Settembru 2024.
Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Settembru ċ-ċerimonji ta’ tifkira ta’ Jum il-Vitorja jibdew b’serata kommemorattiva f’Misraħ l-Assedju l-Belt Valletta fis-19:00hrs. Matul is-serata jsir diskors tal-okkażjoni mill-Professur Joseph Borg. Fl-aħħar tas-serata ssir ċerimonja ta’ tqegħid ta’ kuruni mill-Prim Ministru, mill-Ispeaker tal-Kamra tad-
Deputati, mill-Kap tal-Oppożizzjoni, persuni distinti u korpi kostitwiti.
Iċ-ċelebrazzjonijiet ikomplu l-għada, is-Sibt 7 ta’ Settembru fil-Mellieħa fejn issir quddiesa pontifikali fis-18:30hrs fil-Knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina bis-sehem tal-Kmandant tal-Forzi Armati, il-Prim Ministru u l-President ta’ Malta. Mal-wasla tal-President ta’ Malta, jingħata salut nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal- Unur.
Nhar Jum il-Vitorja, il-Ħadd 8 ta’ Settembru, iċ-ċelebrazzjonijiet jibdew bit-tqegħid ta’ kuruna mill-President ta’ Malta, akkumpanjata miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali u s-Sindku tal-Belt Valletta fuq il- monument tal-Assedju l-Kbir, il-Belt Valletta fid-09:30hrs. Wara, il-Kumitat Festi Nazzjonali jfakkar Jum il-
Vitorja permezz ta’ tqegħid ta’ kuruna fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata fejn jiġu mfakkra l-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija. Dan jiġi segwit minn tqegħid ta’ kuruna mill-Kumitat Festi Nazzjonali mal-monument ta’ Malta Rebbieħa fl-Isla u wara mal-qabar tal-vittmi tal-Assedju f’Forti Sant’Anġlu. Iċ-ċelebrazzjonijiet jintemmu bir-regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir fin-12:30hrs.
Comments