Il-Karnival ta’ Malta jirritorna b’suċċess, hekk kif din l-edizzjoni intlaqgħet tajjeb ħafna minn bosta Maltin, Għawdxin u anke turisti li attendew bi ħġarhom għall-attivitajiet karnivaleski fil-Belt Valletta. Festivals Malta, l-organizzatur tal-Karnival ta’ Malta rnexxielu jissupera kull aspettattiva f’termini ta’ produzzjoni, kif ukoll fil-livell għoli ta’ kreazzjonijiet artistiċi esebiti.
Din is-sena il-Karnival ta’ Malta ra attendenza numeruża iktar minn tas-soltu, b’eluf ta’ nies li żaru l-Belt Valletta b’entużjażmu biex igawdu l-attivitajiet brijjużi tal-Karnival. Din is-sena, Festivals Malta ppreżenta programm ta’ attiviatjiet estensiv, li nkluda aktar attivitajiet mis-soltu. Illejla, il-Karnival ta’ Malta jiġi fi tmiemu bil-Gran Finale li ser ikun organizzat tul Triq Sant Anna, fil-Furjana, permezz ta’ wirja bil-parteċipazzjoni tal-karrijiet kollha.
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Dr Owen Bonnici, qal li huwa kburi li jara n-nies tattendi bi ħġara għall-attivitajiet tal-Karnival fil-Belt Valletta. “Huwa ta’ unur għalija li nara kemm tfal u adulti jgawdu dawn iż-żminijiet tal-karnival li tant jagħmlu parti importanti mill-kultura Maltija. Ma nieqaf qatt nirringrazzja lill-parteċipanti u lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor ikkontribwew għall-carnival ta’ din is-sena. Nixtieq ukoll nirringrazzja lit-tim ta’ Festivals Malta għax-xogħol kollu tagħhom biex jittella’ b’suċċess dan il-festival tant impenjattiv.”
Iċ-Chairman ta’ Festivals Malta Aaron Zahra qal “Għal darb’oħra Festivals Malta rnexxielu jissupera kull aspettativa permezz ta’ Karnival ieħor ta’ suċċess. Wegħedna li ser ngħatu lill-poplu l-akbar Karnival li qatt ġie organizzat wara nuqqas ta’ sentejn, u nemmen li bir-rispons pożittiv tan-nies u mill-attendenza numeruża fl-attivitajiet kollha jidher biċ-ċar li rnexxilna nagħmlu dan. Sodisfatt li permezz tal-investiment li Festivals Malta għamel b’risq dan il-festival, qegħdin dejjem intejbu l-kwalità tal-Karnival, u aħna ser inkomplu naħdmu biex il-Karnival ta’ Malta dejjem ikompli jikber u jgħolli l-livell tiegħu f’termini ta’ organizzazzjoni, sostenibbiltà u sigurtà. Inħares ’l quddiem b’tant ottimiżmu biex fiż-żmien li ġej inkomplu naħdmu sabiex inġibu aktar investiment lejn dan il-patrimonju li tant għandna għalfejn nibżgħu għalih. B’mod immedjat tibda l-ħidma għall-Karnival tas-sena d-dieħla, kif ukoll għall-edizzjoni tas-sajf ta’ din is-sena. Kruċjali li dak li sar tajjeb matul il-Karnival ta’ din is-sena jinżamm, filwaqt li noħolqu inizjattivi ġodda għall-edizzjonijiet futuri.”
Annabelle Stivala, il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, qalet li l-Karnival ta’ Malta huwa festival importanti ferm fil-portafoll tal-aġenzija, mhux biss għall-wirt storiku u kulturali tiegħu, iżda wkoll għax jiċċelebra t-talent li deher biċ-ċar tul il-ijiem li għaddew. “Kuntenta bl-iżvilupp u bis-suċċess li l-Karnival irnexxilu jikseb matul dawn l-aħħar snin, iżda din is-sena nħossni kburija bir-riżultat li ksibna, għax dan il-karnival kien tassew wieħed grandjuż, frott ix-xogħol li ilna nwettqu f’dawn l-aħħar snin. Nirringrazzja lil kull min ħadem qatiegħ u kull min b’xi mod jew ieħor ikkontribwixxa biex dan il-festival jilħaq orizzonti ġodda. Festivals Malta ser ikompli jaħdem biex l-attivitajiet kulturali tal-aġenzija, jiġu mħarsa u żviluppati biex dejjem jitjiebu u jimxu maż-żminijiet.”
Id-Direttur Artistiku tal-Karnival, Jason Busuttil, qal li din is-sena l-Karnival ta’ Malta ra qabża kbira fil-livell u minn qalbu rringrazzja lill-parteċipanti tad-dedikazzjoni u x-xogħol artistiku tagħhom. “Il-parteċipanti il-qalb tal-Karnival ta’ Malta, u ħafna mis-suċċess miksub huwa bis-saħħa tagħhom għaliex ta’ kull sena jaħdmu b’passjoni u artistrija kbira fi ħdan dan il-festival. Din is-sena rajna biċ-ċar kemm il-Karnival Malti huwa għal qalb il-poplu u nirringrazzja lil kulħadd talli attenda bi ħġaru biex igawdi dan iż-żmien mill-isbaħ.”
Festivals Malta jħabbar li wara s-suċċess tal-karnival ta’ Frar, ser jerġa’ jirritorna wkoll il-Karnival tas-Sajf, li ser isir bejn it-18 u l-20 ta’ Awwissu 2023. Aktar dettalji dwar dan il-festival jiġu mħabbra aktar ’l quddiem. Il-Karnival ta’ Malta huwa organizzat minn Festivals Malta bis-sapport tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Għal aktar informazzjoni dwar il-festivals ta’ Festivals Malta żur www.festivals.mt/karnival.
Carnival 2023 returns with a resounding success.
The 2023 Carnival edition was very well received by the Maltese, Gozitans, and tourists alike who eagerly attended the carnival activities in Valletta. Festivals Malta, the agency responsible for organising carnival in Malta, managed to exceed all expectations in terms of the production of the festival, as well as through the high level of artistic creations exhibited.
This year carnival saw a substantial increase in attendance when compared to previous editions, as thousands of people flocked to Valletta to enjoy the lively events. This year, Festivals Malta, presented a more comprehensive programme of events, which included more activities than usual. Tonight, carnival culminates along St Anne Street in Floriana, with the gran defilé featuring the participation of all floats.
The Minister for National Heritage, the Arts and Local Government, Dr Owen Bonnici, said that he is proud to see people enthusiastically attending the carnival activities in Valletta. "It is an honour to see people of all ages enjoy these jubilant events which form such an important part of Maltese culture. I would like to thank the participants and all those who, in one way or another, contributed to this year’s carnival. I would also like to thank the Festivals Malta team for all their work towards a festival of this scale."
The Festivals Malta Chairman Aaron Zahra said, "Once again Festivals Malta has managed to exceed all expectations with yet another successful festival. We promised that, after two years of abridged editions, we will give the people the biggest carnival that has ever been organised, and I believe that we managed to do exactly this, as shown through the positive response we have received and the numerous attendance in all the carnival activities. I am very satisfied to see that Festivals Malta’s investment towards Carnival is contributing to the continuous development and quality of this festival. We will continue investing in this festival for the years to come and I look forward to seeing Malta Carnival grow and reach new heights in terms of organisation, sustainability, and security. We will now get back to work on the preparations for next year's edition, as well as on this year's summer carnival. It is crucial that what has been achieved improved upon through new and exciting initiatives."
Festivals Malta CEO, Annabelle Stivala, said that carnival is an important festival in the agency's portfolio, not only for its historical and cultural heritage, but also because it celebrates local talent. "I am happy with the success that carnival manages to achieve year after year. This carnival was truly a grand one, an achievement that fills me with pride as this was the result of years of hard work. I thank everyone who strived to ensure that this festival reaches new heights. Festivals Malta will continue working so that the agency’s cultural activities, keep developing and improving while remaining relevant and true to the times."
Carnival Artistic Director, Jason Busuttil, said that this year carnival saw a big leap in quality, and he thanked the participants from the bottom of his heart for their dedication and artistic work. "The participants are the beating heart of carnival, and much of the success achieved is thanks to them because every year they invest a lot of passion and artistry towards this festival. This year we have clearly seen how important carnival is to the people, and I thank everyone for attending with enthusiasm to revel in these festivities."
Festivals Malta announced that after the success of this carnival edition, the Summer Carnival will also make a grand return between the 18th and 20th of August 2023. More details on Summer Carnival will be announced later. The Malta Carnival is organised by Festivals Malta with the support of the Ministry for National Heritage, Arts and Local Government. For more information about the agency’s festivals visit www.festivals.mt/karnival.
Comments