Ilbierah 17 ta’ Ottubru għalqu l-applikazzjonijiet għar-raba’ edizzjoni ta’ Mużika Mużika. Festivals Malta jħabbar li bħal kull sena, l-aġenzija rċeviet rispons pożittiv b’diversi sottomissjonijiet minn kompożituri, awturi, kantanti u bands lokali.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta Frans Agius qal “Għal sena oħra, l-ammont sostanzjali ta’ sottomissjonijiet li rċeviet Festivals Malta juri l-interess li għandhom l-artisti lokali għal dan il-festival. Il-mużika Maltija hija fil-quċċata ta’ dak li nagħmlu, u dan ir-riżultat iqawwilna qalbna biex inkomplu nkabbru l-legat ta’ dan il-festival tant maħbub mill-Maltin u l-Għawdxin.”
Issa l-Bord ta’ Mużika Mużika flimkien mat-tim ta’ Festivals Malta ser jibda jaħdem fuq l-għażla tal-għoxrin semifinalist li ser jieħdu sehem fir-raba’ edizzjoni tal-festival. Il-fażi li jimss tikkonsisti f’sessjonijiet ta’ evalwazzjoni minn ġurija esperta fejn ser jiġu magħżula l-aħjar 40 kanzunetta. Minn hemm il-kanzunetti magħżula jiġu interpretati live, akkumpanjati minn backing track, quddiem ġurija differenti minn dik ta’ qabel. F’din il-fażi finali jintgħażlu l-20 kanzunetta semifinalista li ser jikkompetu fil-festival f’Marzu tas-sena d-dieħla.
“Dan il-proċess huwa wieħed importanti ħafna. Ġurija differenti f’kull fażi mhux biss iżid l-imparzjalità fid-deċiżjonijiet meħuda, iżda jiggarantixxi wkoll il-kwalità tal-kanzunetti magħżula, aspett li dan il-festival huwa tant magħruf għalih”, ikkonkluda s-Sur Agius.
Is-semifinalisti ta’ Mużika Mużika jiġu mħabbra wara l-live auditions li ser isiru fix-xahar ta’ Novembru. Dawn ser jiġu mħabbra permezz ta’ stqarrija separata. Mużika Mużika 2024 ser isir bejn l-14 u s-16 ta’ Marzu tas-sena d-dieħla. Għal aktar informazzjoni fuq il-festival żur is-sit www.muzikamuzika.mt.
Applications close for the fourth edition of Mużika Mużika
Yesterday marked the closing date of applications for the fourth edition of Mużika Mużika. Festivals Malta announced that like every year, the agency received a positive response from composers, authors, singers, and local bands as numerous applications were submitted.
Festivals Malta CEO Frans Agius said, "For another year, the substantial amount of submissions received by Festivals Malta shows the interest that local artists have for this festival. Our aim is to always keep Maltese music at the forefront of this festival, and this result encourages us to continue to nurture Mużika Mużika’s legacy."
The Mużika Mużika Board, together with the Festivals Malta team, will now start working on selecting the 20 semi-finalists who will take part in the fourth edition of the festival. The next phase consists of evaluation sessions by an expert jury where the best 40 songs will be selected. From there the selected songs will be performed live, accompanied by a backing track, in front of a different jury than the previous one. In this final phase, the 20 semi-finalist songs that will compete in the festival in March of next year, will be selected.
"This process is a very important one. A different jury in each phase not only ensures impartiality in the decisions taken, but also guarantees the quality of the songs selected, an aspect that this festival is so well known for", Mr Agius concluded.
The Mużika Mużika semi-finalists will be announced after the live auditions which will take place in November. These will be announced through a separate press statement. Mużika Mużika 2024 will take place between March 14 and 16 next year. For more information on the festival visit www.muzikamuzika.mt.
Comments