top of page
festivalsmalta

Notte Bianca 2023 Logistical Details Announced



With just two days away from Notte Bianca, Festivals Malta have outlined this year’s logistical measures for the event. Notte Bianca taking place on 7th October, will include over 60 multidisciplinary performances by local and international artists across various areas of Valletta.


Festivals Malta have organised each performance in a particular route, so that audiences can find the events which interest them with ease, coupled by an interactive map on the Festivals Malta website to further facilitate planning on the night. Furthermore, Notte Bianca is collaborating with Inkontru.app, which details all performances, transport options as well as other crucial details about the event.


In order to mitigate traffic congestion during the event, the general public is highly recommend to make use of public transportation which will operate an extended service. The ferry service from Sliema and The Three Cities to and from Valletta will also be operating with extended hours until 2am.


Those who still want to travel with their personal vehicle should take note that access to Valletta will not be possible after 4pm on Saturday 7th October, and access by car will only be available through the ringroad. Residents will be granted access to Valletta upon presentation of their residency card. Transport Malta officials will be available on site for traffic management.

We encourage the public to plan ahead to ensure a pleasant Notte Bianca experience. Click Here for more information regarding extended bus routes, road closure information and more. For a detailed programme of events visit www.festivals.mt/nb.

 

Imħabbra l-Miżuri Loġistiċi għal Notte Bianca 2023


Notte Bianca hija biss jumejn ’il bogħod u b’hekk Festivals Malta qed iħabbar il-miżuri loġistiċi preparati għal din is-serata. Notte Bianca se tinkludi aktar minn 60 prestazzjoni multidixxiplinarja minn artisti lokali u internazzjonali, madwar diversi żoni fil-Belt Valletta.


Festivals Malta ħa ħsieb jorganizza kull prestazzjoni f’rotta artistika partikolari sabiex l-udjenzi jkunu jistgħu jsibu l-avvenimenti li jinteressawhom b’mod faċli. Fuq is-sit elettroniku ta’ Festivals Malta, wieħed jista’ wkoll isib mappa interattiva li tkompli tiffaċilita r-rotta tal-udjenza matul is-serata. Barra minn hekk, Notte Bianca qed jikkollabora ma’ Inkontru.app, li tagħti aktar dettalji dwar il-prestazzjonijiet kollha, mezzi tat-trasport, kif ukoll, dettalji kruċjali oħra dwar l-avveniment.


Sabiex tiġi mitigata l-konġestjoni tat-traffiku waqt l-avveniment, huwa rrakkomandat li l-pubbliku ġenerali jagħmel użu mit-trasport pubbliku, li se jestendu l-ħinijiet tal-operat tagħhom. Is-servizz tal-laneċ minn Tas-Sliema u t-Tliet Ibliet lejn u mill-Belt se jkun qed jopera wkoll b’ħinijiet estiżi sas-sagħtejn ta’ filgħodu.


Min jippreferi li jivvjaġġa bil-vettura personali tiegħu għandu jieħu nota li s-Sibt 7 ta’ Ottubru l-Belt Valletta mhux se tkun aċċessibbli wara l-erba’ ta’ waranofsinhar, u l-aċċess bil-karozza se jkun possibbli biss permezz tar-ringroad. Ir-residenti ser ikollhom aċċess għall-Belt fuq preżentazzjoni tal-karta tar-residenza tagħhom. Uffiċjali ta’ Transport Malta se jkunu disponibbli fuq il-post għall-immaniġġjar tat-traffiku.


Inħeġġu lill-pubbliku jippjana minn qabel biex jiżgura esperjenza pjaċevoli għal kulħadd waqt Notte Bianca. Agħfas Hawn għal aktar informazzjoni dwar rotot estiżi tal-karozzi tal-linja, informazzjoni dwar l-għeluq tat-toroq u aktar. Għal programm dettaljat tal-festival żur www.festivals.mt/nb.



Comments


bottom of page